“Din Hija Waħda Mill-Affarijiet Li Tweġġagħni Ftit…” – Angie Laus

Fix-xahar ta’ Settembru, fuq il-qoxra tar-rivista ta’ GWIDA kellna l-preżentatriċi Angie Laus. Magħha t-tim tagħna tkellem fit-tul. Mument partikolari li tassew ġibdilna l-attenzjoni hi meta Angie żvelat pjan li sfortunatament sfaxxa minħabba affarijiet li ma kellhomx kontroll fuqhom.





Kif tafu, il-programm Ħadd Għalik kien segwit minn diversi pajjiżi, inkluż mill-emigranti Maltin madwar id-dinja. Angie flimkien mat-tim tagħha kienu qed jippjanaw programm proprju mill-Awstralja, għall-emigranti Maltin li jsegwu bi ħġarhom dan il-programm.

Angie tiżvela magħna, “Din hija waħda mill-affarijiet li tweġġagħni ftit, għaliex konna kważi wasalna biex nagħmlu programm minn hemm; kellna l-kuntatti u kollox, però sfortunatament inqala’ l-Covid u sfaxxa kollox.”



Angie tgħid, “L-Awstraljani vera kienu jsegwuna u jibagħtulna, ġieli kienu jinżlu għall-btala Malta u jċemplulna biex jiġu jaraw il-programm. Mhux mill-Awstralja biss kienu jsegwuna imma anke mill-Kanada, mill-Iżvezja, minn kull fejn hemm Maltin jgħixu madwar id-dinja.”

Grazzi għall-fatt li t-tim żied lil Marku l-Awstraljan, l-Awstralja qisha ġiet fil-programm la huma ma marrux.

Din l-intervista ġiet ippublikata b’mod esklussiv fuq ir-rivista tagħna GWIDA fix-xahar ta’ Settembru. Il-GWIDA toħroġ kull l-ewwel Ħadd tax-xahar.

Facebook / Angie Laus

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI