Ilkoll qed inħossu l-effetti kiefra tat-temperaturi sħan. Iżda jidher li l-ġimgħa li ġejja ser ikollna ċans nieħdu nifs hekk kif jidher li se jkun hemm bidla fir-riħ.
Il-paġna Aġġornament tat-Temp kitbet dwar dan. “Ilbieraħ assistejna għall-ewwel tip ta’ sħab fuq il baħar bejn Għawdex u Sqallija u li wieħed ikun irid josserva. Fuq Sqallija l-bieraħ kien hemm diversi maltempati lokalizzati. Dawn jinħolqu minħabba ara kiesħa li tifforma u tinqabad ġo kurrenti sħan,” huma kitbu.
“Din il-ġimgħa li ġejja qegħdin nanticipaw li ser ikolna bidla fir-riħ nhar l Erbgħa /Ħamis fejn mistenni riħ majjistral forza 5. Ovjament dan ser ibaxxi ftit it temperatura.”
Facebook / Aġġornament tat-Temp