Is-surmast Lelio Spiteri kemm-il darba kiteb dwar Raya, kelba li serqet il-qlub tal-iskola kollha, u li flimkien mal-istudenti, kien ta’ appoġġ għaliha minn meta rawha l-ewwel darba.
Qasam ritratt ma’ Raya u jkomplij ikkonferma l-imħabba unika li kapaċi joffru dawn il-ħlejjaq innoċenti.
Lelio jikteb, “Din il-kelba tal-għaġeb. Kliem jonqosha. Taf li nħobbha! Xħin tarani dlonk b’ġirja tiġi ħdejja, tagħti s-salt u titla’ fuqi. Inkellemha qisni qed nitkellem ma’ tifla. Raya, barka oħra għall-iskola tagħna.”
Xi ħlew fiha!
Facebook/ Lelio Spiteri