"Din Il-Lejla Kienet Tassew Speċjali, Tant Emozzjonali. Awguri Fil-50 Anniversarju Lill-Pilastri Tagħna" – Glen Vella Fl-Anniversarju Tal-Ġenituri

Il-kantant lokali Glen Vella qasam ritratti minn okkażjoni tant speċjali fil-familja tiegħu. Dan hekk kif ommu u missieru lbieraħ iċċelebraw 50 sena ta’ mħabba fiż-żwieġ. Propju bħal-bieraħ 50 sena ilu taw kelma lil xulxin.

“Din il-lejla kienet tassew speċjali, tant emozzjonali. Awguri fil-50 anniversarju lill-pilastri tagħna, l-għeżież Mamà u Papà,” jikteb Glen. Fost ir-ritratti narawhom id f’id waqt iċ-ċerimonja li saritilhom f’din l-okkażjoni, u ma jonqosx mument umoristiku bejn il-familja fil-filmat li qasam Glen fl-aħħar nett.

Awguri minn qalbna! Nixtiqulkom l-isbaħ affarijiet illum u dejjem! 

Facebook/ Glen Vella







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI