"Din Il-Ġurnata Tfisser Li Għaddew 9 Xhur Mimlijin Emozzjonijiet Differenti U Memorji Sbieħ U Anki Koroh" – Maria Luana

L-attriċi, kantanta u għalliema lokali Maria Luana fuq il-mezzi soċjali taqsam il-ħsibijiet tagħha, hekk kif uliedha qed itemmu s-sena skolastika tagħhom. Ma kinitx sena faċli għal din il-familja wara li d-dar tagħhom inħarqet iżda s-sapport li sabu kien mill-aqwa.

Maria Luana tikteb, “Waslet l-aħħar ġurnata tal-iskola. Din il-ġurnata tfisser li għaddew 9 xhur mimlijin emozzjonijiet differenti u memorji sbieħ u anki koroh. Li nista’ ngħid hu li t-tfal minkejja li kellhom nofs is-sena mimlija taħwid, sabu l-familja tal-iskola tipproteġihom.”





Hi tkompli, “Ms Oriana u Ms Kayleigh mill-iskola St Francis kienu żewġ pilastri għal Adam u Carly, u ovvjament grazzi lil Ms Dorianne ta’ kemm rat li t-tfal għaddejjin tajjeb! L-għalliema huma kollox fl-iskola. Għadni niftakar lil Adam u Carly l-ewwel ġurnata tal-iskola jgħiduli, ‘Ma’ Ms Oriana vera kind,’ u Adam l-istess, ‘Ma’ Ms Kayleigh vera kind,’ l-istess kelma. Tinduna li t-tfal ikunu għal qalbhom!”

Hi tikkonkludi, “Nirringrazzjahom minn qalbi li żammew lit-tfal tagħna ferħanin, għadhom ma jafux kemm huma speċjali għalliema bħalihom. Grazzi tal-valuri li komplejtu tibnu fuq il-valuri tagħna. Grazzi wkoll lill-ħbieb u l-ġenituri li dejjem ikunu lesti li jgħinu fejn ikun hemm bżonn.”

Maria Luana ttemm tgħid, “Jalla l-Bambin iżomm idejh fuqkom dejjem! Is-sajf it-tajjeb għax nixraqilkom.” F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lill-għalliema kollha s-sajf it-tajjeb.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI