Dalgħodu, Magic Malta kellhom intervista interessanti relata mal-Milied. Huma kitbu, “Kellimna lil Pawlu Muscat, dwar il-pasturi tradizzjonali Maltin u din is-sena introduċa l-pastur tal-Covid.” Dawk delattanti tal-Milied taf ikunu imħajrin iżidu lil dan il-pastur mal-bqija tal-pasturi, żgur ħa jibqa’ pastur li jfakkarna fis-sena 2020.
Il-pastur tal-Covid-19 kif tistgħu taraw huwa pastur normali bil-maskra ma’ wiċċu. Bħalissa l-ilbies tal-maskri tista’ tgħid li huwa obbligatorju f’ħafna postijiet madwar id-dinja u jidher li issa dan il-fatt qed jiġi ppreżentat fil-presepju. Int titħajjar li żżidu mal-pasturi li għandek bħalissa fil-presepju tiegħek?