Illum omm Amber tiċċelebra għeluq sninha u jidher li ċelebrazzjoni doppja għal ommha għax din is-sena wkoll temmet b’suċċess kors fl-Università u b’hekk qed tiggradwa wkoll. Amber f’dan il-jum ħalliet messaġġ tassew ħelu lil ommha!
Hi qaltilha, “Qatt ma nista’ nirringrazzjak biżżejjed ta’ kemm tagħmel miegħi. Grazzi talli dejjem kont hemm ta’ sapport u tajtni l-kuraġġ kollu. Għalimtni li fil-ħajja qatt m’għandek taqta’ qalbek, u trid tkompli tiġġieled għal dak li trid u temmen fih. U ta’ dan nibqa’ grata.”
Amber tiżvela xi ħaġa interessanti wkoll, “Din is-sena kienet sena speċjali għalik. Gradwajt mill-Università ta’ Malta. Kienet dejjem xewqa tiegħek u issa irnexxielek. Kburija ħafna bik ma, għax dan kollu ksibtu bil-kapacità u d-determinazzjoni li għandek.”
Fl-aħħar tagħlaq billi tgħidilha, “Awguri f’din il-ġurnata speċjali għalik. Inħobbok ħafna ħafna.”
Facebook / Amber