Il-paġna ta’ 7R Lifestyle Malta ttella’ dan il-messaġġ dwar knaten li twaqqgħu u reġa’ sar rimi illegali.
“Innutajna tiswija tal-ħajt tal-bordura tal-barriera Ta’ Bellula bi knaten ġodda li kienu twaqqgħu u sar rimi illegali ta’ ammont imdaqqas. Dan jinsab fin-naħa tax-Xaqqa, Għar Lapsi Malta.Din it-tiswija tal-ħajt tkompli tgħin fil-kontrol tar-rimi llegali sa ċerta punt fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-barriera. Jidher li sar xi tindif ukoll minn dak li kien mormi.Dan kien ukoll ġie rrappurtat lill-ERA fil-passat mis-7R madwar sena u nofs ilu. Irridu nkomplu nnaqsu id-diżordni f’ din iż-żona li għadha attiva għal rimi llegali. Jekk titnaqqas id-diżordni, nistgħu nnaqsu l-attività ta’ krimini ambjentali.Iva se nkomplu.”