"Din Kellha Tkun L-Aħħar Biċċa Xogħol Li Ħdimna Flimkien…" – It-Telfa Ta' Victor Casha Wengi Taħsad Lil Bosta Kollegi u Ħbieb

Hekk kif dalgħodu bosta qamu xxukkjati bl-aħbar li ħalliena Victor Casha Wengi, diversi qraba, kollegi u ħbieb tal-qalb sellmu l-memorja tiegħu. Kienu minn tal-ewwel St George’s Band Club Pool Teams, fejn anke qassmu ritratt flimkien ma’ Victor.

“Strieħ fis-Sliem Victor Casha. Ħasda kbira dalgħodu, ninsabu kollha xxukjati. Grazzi tal-ħidma tiegħek, is-servizz tiegħek, ir-rispett u fuq kollox il-pariri siewja li kont ittina. Sa ma nerġgħu niltaqgħu ħarisna minn hemm fuq Wengi. Bħala Kumitat, Plejers, Helpers u ħbieb nibagħtu l-Kondoljanzi lill-Familja kollha f’dan il-mument hekk diffiċli.”





Wengi kien raġel li jgħin ħafna fil-komunità u fost l-aħħar xogħlijiet li ssieħeb fihom kienet l-għajnuna li offra lil Massimo Azzopardi.  Hu ħadem tant mill-qrib ma’ Victor fuq in-niċċa riċentament, sellem il-memorja tiegħu u qallu li, “din kellha tkun l-aħħar biċċa xogħol li ħdimna flimkien ħabib… qas kont nilħaq niftaħ ħalqi li ma kontx tarak tagħti l-għajnuna tiegħek.” 

Strieħ fis-sliem Victor! Kondoljanzi lill-familja, qraba, ħbieb u kollegi.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI