Il-kantant lokali Dario Bezzina ġedded il-memorji ta’ disa’ snin ilu hekk kif ippubblika r-ritratti ta’ meta rnexxielu jirbaħ Konkors Kanzunetta Indipendenza. Ħabbar li hu se jkun qed jirritorna bħala mistieden speċjali wara dan iż-żmien kollu.
Fuq il-paġna tiegħu kiteb, “Disa’ snin ilu rbaħt Konkors Kanzunetta Indipendenza! Illejla jien nirritorna fuq il-palk bħala mistieden speċjali. Inħossni grat għal dan il-vjaġġ li l-mużika ħaditni fuqu. Nawgura mill-qalb lill-artisti, awturi, u kompożituri kollha mżewqin b’talent kbir li qed jikkompetu din is-sena.”
Nawguraw mill-qalb lill-parteċipanti kollha. Ħerqanin immens biex naraw il-prestazzjonijiet tagħhom, u m’għandniex dubju li se jippreżentaw kanzunetti tal-ġenn!
Facebook / Dario Bezzina