Diversi Ditti Jimpikaw Permezz Ta’ Riklamar B’Stranger Things

Il-fenomenu ta’ Stranger Things qed ikompli jilħaq orizzonti ta’ kummerċjalizzazzjoni u popolarità li qatt ma ntlaħqu qabel. Issa ħafna kumpaniji qed jużaw il-kontenut ta’ Stranger Things biex jippromwovu s-servizzi u l-prodotti tagħhom.

Minn kondoms sa’ toilet paper, il-kumpaniji qed jużaw is-serje popolari ta’ Netflix biex jagħtu spinta lill-popolarità. Iżda malajr ġiet introdotta xejra ġdida: il-pika bejn il-kompetituri.

Tajjeb li tkun taf li Stranger Things għandha dimensjoni oħra li hija riflessjoni tal-belt ta’ Hawkins, imsejħa The Upside Down. The Upside Down hija dimensjoni mudlama, maħmuġa u li qed titmermer.

Għalhekk kumpaniji bħal Lidl, użaw is-supermarket tagħhom bħala dak fid-dinja normali u għalhekk huwa superjuri, filwaqt li Aldi, il-kompetituri tagħhom, jinsabu fl-Upside Down, u rrimarkawh bħala inferjuri. Eurowings għamlu eżatt l-istess hekk kif l-ajruplan tagħhom jintwera fid-dinja normali iżda l-ajruplan tar-RyanAir jintwera fl-Upside Down.

Ħafna punti għall-kreattività!







Ritratti:

Instagram / @Eurowings / @Lidl.de

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI