“It-Temp Illum Il-Biċċa L-Kbira Xemxi” – It-Temp Madwarna U T-Tbassir Għal Din Il-Ġimgħa

Wara diversi jiem ta’ xita, jidher li se jiddomina l-bnazzi. Il-festa tal-lum tat bidu għal ġimgħa fejn għalkemm se jkun hemm jiem b’temp imsaħħab, ftit li xejn tidher li se tagħmel xita. It-Temp Madwarna jitkellmu dwar dan.

“It-temp illum il-biċċa l-kbira xemxi,” huma kitbu. “L-ogħla temperatura llum hija 19°C u l-inqas ilejla 11°C.”

Permezz ta’ pressjoni għolja (antiċiklun) fuq it-Tramuntana tal-Italja li se testendi saċ-ċentru tal-Mediterran se jġib temp aktar bnazzi. It-Tlieta se jkun imsaħħab u l-Erbgħa se tagħmel ftit xita. Il-Ħamis u l-Ġimgħa se jkun pjuttost imsaħħab b’ċans ta’ ftit xita. Is-Sibt mistenni jkun ftit imsaħħab u l-Ħadd jidher li se jkun bnazzi.







Ritratti:

Facebook / It-Temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI