Dalgħodu s-somma sabiħa ta’ €20,000 ġiet ippreżentata lill-Fondazzjoni Puttinu Cares minn Dr Lydia Abela u bintha Giorgia Mae.
Is-somma nġabret bis-saħħa tal-bejgħ tal-figolli ta’ Giorgia Mae kif ukoll permezz ta’ inizjattiva magħrufa bħala ‘Enchaned Easter’ li ġiet organizzata l-għada ta’ Jum l-Għid. F’din l-inizjattiva, tfal ta’ kull età ġew mistiedna jidħlu f’dinja ta’ kreattività u divertiment u flimkien ma’ tfal oħrajn jieħdu sehem f’diversi logħob u avventuri.
Fuq il-midja soċjali, il-Fondazzjoni Puttinu Cares esprimiet il-gratitudni tagħha lejn Dr Lydia Abela u bintha għall-inizjattivi li ħadu sabiex jgħinu tant pazjenti li b’mod regolari jirċievu l-għajnuna mingħand din l-għaqda filantropika.
Prosit tassew!
Facebook / Puttinu Cares u Facebook / Dr Lydia Abela