Ċiklisti Maltin bħalissa qed jagħmlu sfida li tirrikjedi reżiljenza fiżika u psikoloġika liema bħalha bil-għan li jiġbru l-flus b’risq Puttinu Cares.
Hekk kif bħalissa dawn iċ-ċiklisti għaddejjin bl-isfida, wieħed miċ-ċiklisti stqarr li l-isfida hija waħda diffiċli ferm iżda rrikonoxxa li t-tbatija li tinvolvi żgur ma tibdiex mat-tbatija li ħafna tfal ikollhom jgħaddu minnha sfortunatament minħabba mard serju.
L-isfida qed issir bejn tlett ċiklisti u fiha huma se jkunu qiegħdin jaqdfu madwar 1,700 kilometru.
Prosit tassew u kuraġġ!
Facebook / Puttinu Cares