“Dun Mark Ellul Hu D-Delegat Il-Ġdid Għall-Edukazzjoni Kattolika” – L-Arċdjoċesi Ta’ Malta

L-Arċdjoċesi ta’ Malta għadhom kemm ħabbru d-delegat il-ġdid għall-edukazzjoni kattolika.

Huma spjegaw, “Dun Mark Ellul hu d-Delegat il-ġdid għall-Edukazzjoni Kattolika biex jgħin lill-Konferenza Episkopali fil-ħidma tal-Knisja fl-edukazzjoni. Fir-rwol il-ġdid tiegħu, Dun Mark hu responsabbli mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika, li jappoġġja u jikkordina 55 skola tal-Knisja, u jipprovdi appoġġ amministrattiv, kurrikulari, psikosoċjali u pastorali lill-iskejjel tal-Knisja, li b’mod kollettiv jedukaw madwar 17,000 student, kważi terz tal-popolazzjoni tal-istudenti f’Malta u Għawdex. Il-ħatra ta’ Dun Mark tirrifletti l-impenn imġedded tal-Knisja biex issaħħaħ l-edukazzjoni Kattolika f’Malta u Għawdex.”

Nawgurawlu għal dan l-irwol ġdid li bih żgur ser jagħmel ħafna ġid għall-edukazzjoni f’pajjiżna. Inżommuh fit-talb tagħna biex Alla jgħinu jagħmel xogħol eċċellenti f’dan l-irwol.





Facebook / Archdiocese of Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI