Ilbieraħ Malta tħalliet imnikkta wara li matul il-ġurnata l-aħbarijiet kienu ddominati minn diversi inċidenti tat-traffiku li kellhom tmiem fatali. Wieħed mill-inċidenti kien saħansitra jinvolvi lill-ġenituri tal-Prim Ministru Robert Abela.
“Nixtieq ngħid grazzi minn qalbi tal-messaġġi kollha li rċivejt,” kiteb il-Prim Ministru f’messaġġ lill-pubbliku fuq WhatsApp fejn żgura wkoll li l-ġenituri tiegħu “japprezzaw ħafna”.
Filwaqt li esprima s-sogħba tiegħu għal inċidenti fatali oħrajn li seħħew matul il-ġurnata, l-Prim Ministru appella sabiex kulħadd jieħu ħsieb iżjed tiegħu nnifsu u ta’ dawk ta’ madwaru.

Ritratti: TVM u Facebook / Robert Abela