Kull min iħobb ix-xita żgur li se jieħu r-ruħ! Skont ir-rapport tat-temp ta’ Malta Weather, jidher li l-instabbilta’ qed terġa’ tiżdied fuq iċ-ċentru tal-Mediterran.
Il-paġna żvelat li: “L-aħħar mudelli matematiċi tat-temp qegħdin ibassru ħalbiet tax-xita għal darb’oħra f’Malta u Għawdex mill-ġimgħa d-dieħla hekk kif diversi sistemi ta’ pressjoni baxxa jgħaddu minn fuq iċ-ċentru tal-Mediterran!”
Il-fiduċja f’din il-previżjoni hija dik ta’ 65% (moderat).
Facebook/Malta Weather