Vanessa Gatt qasmet messaġġ emozzjonali fuq Facebook fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, fejn kitbet dwar l-imħabba kbira li għandha lejn iż-żewġ uliedha, Emily u Maya.
Fil-messaġġ tagħha, Vanessa kitbet kif il-wasla ta’ Emily bidlitilha ħajjitha kompletament hekk kif “għamlitni omm u għallmitni nagħraf kemm jien b’saħħti.” Żiedet ukoll li Maya reġgħet imliet ħajjitha bl-imħabba u bil-ferħ.
“Grazzi ta’ kollox uliedi, inħobbkom għal dejjem ta’ dejjem,” kitbet Vanessa flimkien ma’ ritratt tagħhom.
Kitba li turi l-imħabba kbira li għandha lejn uliedha. Insellmu l-memorja tal-anġlu ċkejken, Emily.
Facebook/ Vanessa Gatt