Ftit ħin ilu, l-kantanta internazzjonali Emma Muscat qasmet mas-segwaċi tagħha li saret omm. Permezz ta’ kitba fuq Instagram hi qalet, “Imħabba bħal qatt qabel! Merħba f’din id-dinja lit-tarbija tant prezzjuża tagħna Mila Rae Galea … Nadurawk!”
Emma verament m’għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni. Rajniha tikkompeti f’Amici fejn waslet sas-semifinali tal-kompetizzjoni. Fl-2022 rebħet il-Malta Eurovision Song Contest fejn irrappreżentat lil Malta f’Turin permezz tal-kanzunetta I am What I am.
Mit-tim ta’ Gwida.mt nawguraw minn qalbna lil Emma u lill-maħbub tagħha f’dan il-jum tant speċjali!
View this post on Instagram