Erġajna Qbiżna L-200 Każ Pożittiv F'Jum Wieħed – L-Għola Numru Għal Dan Ix-Xahar!

Il-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, ippubblikat iċ-ċifri tal-lum. Malta rreġistrat 202 każ ġdid tal-Covid-19 wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 3,206 test.

Il-gżejjer irreġistraw 146 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela’ għal 16,325 u n-numru ta’ każijiet attivi tela’ għal 2,406. Minn meta faqqgħet il-pandemija, Malta rreġistrat 19,015 każ u wettqet 639,935 test.

Malta rreġistrat żewġt mwiet matul l-aħħar 24 siegħa. It-total ta’ mwiet f’Malta jammonta għal 284. Il-post innota wkoll li sal-bieraħ, 8 ta’ Frar, 41,285 doża ta’ vaċċin ġew amministrati lil diversi persuni fil-gżejjer. 11,050 minn dawn kienu t-tieni dożi.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI