Id-dinja tat-teatru u t-televiżjoni Maltija tilfet wiċċ maħbub hekk kif tħabbret il-mewt tal-attur Joe Gatt fl-età ta’ 86 sena. Tul is-snin, Joe sar wiċċ familjari mat-telespettaturi Maltin permezz tas-sehem tiegħu f’diversi produzzjonijiet lokali. Fost dawk li jibqa’ mfakkar għalihom insibu Simpatiċi, Il-Madonna taċ-Ċoqqa u Ipokriti, produzzjonijiet li ħallew il-marka tagħhom fix-xena lokali.
Iżda l-kontribut ta’ Joe ma kienx limitat biss għad-dinja artistika. Huwa kien ukoll involut fil-ħajja tal-komunità Mostija, fejn serva bħala kunsillier fil-Kunsill Lokali tal-Mosta. Għalhekk, Joe Gatt se jibqa’ mfakkar kemm għall-karattri li interpreta u x-xogħol tiegħu bħala attur, kif ukoll għas-servizz li ta lill-komunità tiegħu.
F’dan il-mument ta’ niket, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari, qraba, ħbieb u lil dawk kollha li kellhom ix-xorti jaħdmu u jaqsmu mumenti miegħu.
Strieħ fis-sliem, Joe.
Facebook / Joe Gatt