Kate kellha messaġġ x'tgħaddi lil ommha hekk kif illum ser ikollha aktar sigħat impenjattivi fir-rutina tagħha. Dan hekk kif ommha fil-fatt taħdem fis-settur tal-edukazzjoni, u bħalma tgħin lil bintha, tkun hemm għal ħaddieħor.
Kate hi kburija biha bla dubju, u żgur li tapprezza kulma tagħmel magħha. Fuq il-paġna Kate: Writing My Story, ġie ppubblikat messaġġ mingħand Kate għal ommha.
"Awguri għażiża Mamà għas-sena skolastika l-ġdida. Jiena ċerta li inti ħa tmur tajjeb. Int l-aktar persuna ġentili li qatt iltqajt magħha. Bid-dedikazzjoni u d-determinazzjoni tiegħek se tgħin lil dawk kollha ta’ madwarek. Inħobbok!"
Xi ħlew ta' messaġġ! Awguri minn qalbna lil omm Kate!