Esebizzjoni Artistika Ta’ Etienne Farrell B’Kollaborazzjoni Ma’ Patrick Vella

Unblinking

L-artista Maltija kontemporanja Etienne Farrell qed tippreżenta Unblinking, proġett multidixxiplinari ambizzjuż li jesplora l-għajn bħala simbolu, sens, metafora u xhud.

Din il-wirja se tittella’ fil-Knisja ta’ Santa Marija Maddalena fil-Belt Valletta. Minbarra li hija msawra minn skulturi, pitturi u installazzjonijiet, Unblinking ser tkun tinkludi wkoll arti performattiva, taħt id-direzzjoni ta’ Patrick Vella.

Vella, magħruf għall-ħidma tiegħu fit-teatru, u film fost l-oħrajn, qed jikkollabora ma’ Farrell biex jinħoloq djalogu bejn l-arti viżiva u l-preżenza umana.

Fi tlett ijiem, matul l-esebizzjoni, ix-xogħol ta’ Farrell se jiġi attivat permezz ta’ interventi performattivi li jinkludu moviment, espressjoni fiżika u mima fost l-oħrajn.



Bħalissa x-xogħol performattiv qiegħed fil-fażi interessanti ta’ riċerka u żvilupp mill-artisti Frances Galea, Mandy Muscat, Joswe Muscat Galan, Svetlana Psaila, Bernard Zammit u Justin Calleja.



Flimkien qed jesploraw modi ta’ kif ix xogħol ta’ Farrell jista’ jiġi esperjenzat permezz tal-arti performattiva. Il-proġett jiġbor flimkien perspettivi kulturali, storiċi, mitoloġiċi u emozzjonali, imsejsa madwar dwar il-viżjoni u l-perċezzjoni.

Fost l-oħrajn, ix-xogħol jagħmel referenzi għas-Simbolu tal-Għajn ta’ Horus, kunċetti spiritwali bħall-Għajn ta’ Alla u “Tielet Għajn”, kif ukoll referenzi għal mitoloġiji differenti bħall-Għajn ta’ Sauron, in-Nazar u simboli marbuta mal-protezzjoni.

Minn din ir-riċerka, Farrell tesplora l-viżjoni bħala ċertezza, illużjoni, vulnerabbiltà, simboliżmu u kontroll.

Il-pubbliku huwa mistieden jirrifletti fuq l-għajn bħala strument ta’ osservazzjoni u mera tal-esperjenza umana, mezz ta’ komunikazzjoni u forsi għodda ta’ illużjoni.

Farrell hija magħrufa għal xogħlijiet li jesploraw elementi soċjali, emozzjonali u kulturali, b’xogħol li jindirizza temi relatati mal-ġeneru, l-empatija, it-tradizzjoni, b’enfasi fuq id djalogu u r riflessjoni.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI