Illum hi ġurnata speċjali għal persuna li l-kantanta lokali Cherylis tant tħobb – jum twelid l-għażiża ommha. Ommha li f’kull pass li ħadet, kemm fuq livell personali kif ukoll professjonali, dejjem baqgħet hemm ta’ sostenn.
F’messaġġ li kitbet il-kantanta tesprimi kemm hi grata lejn kulma tagħmel magħha ommha, u għalkemm tapprezzaha kuljum, ovvjament illum tiċċelebraha b’mod speċjali. Tikteb li hi kburija li għandha omm bħalha.
“Awguri mill-qalb xwejħa tagħna f’jum twelidek. Grazzi ta’ dak kollu li tagħmel magħna, inħobbuk immens. Niċċelebrawk kuljum imma illum ftit iżjed mis-soltu! Kburija dejjem bik u iktar u iktar li għandi omm bħalek,” kitbet Cherylis.
It-tim ta’ Gwida.mt jawgura lil omm Cherylis f’dan il-jum sabiħ!