“Il-Mużika Bidlitli Ħajti U Fetħitli Bosta Bibien Madwar Id-Dinja” – Ira Losco

Il-kantanta Maltija Ira Losco qasmet ħsibijiet sinċieri dwar il-karriera tagħha fil-mużika u kif din bidlitilha ħajjitha matul is-snin.

F’kitba li tellgħet fuq il-midja soċjali, Ira spjegat li waħda mill-isbaħ affarijiet dwar il-mużika hija l-mod kif twasslek tagħmel affarijiet li qatt ma tkun qed tistenna. Hija qalet li l-mużika ħaditha f’diversi pajjiżi madwar id-dinja u fetħitilha bibien li qatt ma kienet timmaġina li jinfetħu għaliha.



Fl-istess messaġġ, Ira qalet li tħossha ispirata meta tara l-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ mużiċisti Maltin. Hija spjegat li tieħu gost tara x’qed jiksbu l-artisti żgħażagħ tal-lum u kemm illum jeżistu opportunitajiet li fi żmienha ma kinux disponibbli.Madankollu, hija osservat ukoll li flimkien ma’ dawn l-opportunitajiet ġodda jiġu sfidi differenti minn dawk li l-artisti kienu jiffaċċjaw fil-passat.



Ira temmet il-messaġġ tagħha billi sostniet, “l-akbar rigal li stajt tirċievi mill-mużika huwa l-konnessjoni man-nies u l-memorji sbieħ warajhom.”



Ritratti:

Fb/ Ira Losco

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI