Waqt il-programm Ma’ Gaffiero fuq ONE Radio 92.7 illejla ser nisimgħu bi storja iebsa li għaddew minnha koppja. Il-koppja ser tkun qed taqsam ma’ Ivan u mas-semmiegħa, esperenza tqila immens li kellhom f’ħajjithom.
“Esperenza ta’ qsim il-qalb, li dil-koppja tilfu kollox, però ma tilfux il-fidi u l-imħabba ta’ bejniethom. Dan kollu llejla f’intervista waqt Ma’ Gaffiero fl-22:00. Titilfux,” jikteb Ivan. Waqt il-programm tiegħu kull ġimgħa Ivan jintroduċina għal storja li kapaċi tħalli impatt f’ħajjitna, u tagħti pariri siewja u tkun ta’ ispirazzjoni.
Segwu llejla fl-22:00 fuq ONE Radio 92.7.