Wiċċ il-mibki Jake Vella se jkun qed jagħti l-ħajja lid-dehra ta’ wħud mill-bolol li jintużaw għall-posta.
Missier Jake iddeskriva dan bħala “ġest speċjali” u rringrazzja b’mod speċjali lill-għaqda Aquatic Sports Association of Malta li tant hi magħrufa għall-kontribut tagħha fl-isport tal-għawm u li fil-fatt kien bis-saħħa tagħhom li din it-tifkira setgħet isseħħ.
Fir-ritratt li ntgħażel għall-bolol, Jake jidher qiegħed jippratika wieħed mill-isports tant favoriti tiegħu, dak tal-għawm.
Matul ħajtu, Jake mhux l-ewwel darba li ġabar fondi b’risq dawk l-aktar fil-bżonn proprju permezz ta’ dan l-isport.
Strieħ fis-sliem, Jake!
Ritratti: Facebook / Josie Vella u Jake Vella