Jekk kellek f’moħħok li tgħaddi mill-bypass tal-Imrieħel, mid-direzzjoni li twasslek minn Qormi għal Ħ’Attard, aħjar taħsibha darbtejn.
Dan għaliex bħalissa għaddej ix-xogħol fuq il-proġett tas-Central Link u b’hekk hemm traffiku qawwi. Il-paġna ta’ Infrastructure Malta spjegat li qed tinbena mill-ġdid Triq in-Nutar Zarb ġewwa Ħ’Attard.
Jekk tistgħu evitaw din ir-rotta.