"Ġew Allokati €15,000 Biex Jgħinu Fil-Mixja Tiegħu" – Donazzjoni Għal Project 100 Ta' Fabio Spiteri Mill-Fond Għall-Kawżi Soċjali

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said, ħabbret li donazzjoni b’risq Project 100 ta’ Fabio Spiteri, ġiet mogħtija mill-Fond Għall-Kawżi Soċjali.

Hi tfaħħar l-isforz kontinwu li qed jagħmel l-atleta u l-attivist lokali biex tant ħajjiet innoċenti jiġu appoġġjati.

“Fabio Spiteri mhux biss atleta professjonali, imma raġel b’qalb tad-deheb li jiddedika ħafna ħin biex jgħin lill-annimali abbandunati u vulnerabbli permezz ta’ Project 100. Kburija li mill-Fond għall-Kawżi Soċjali ġew allokati €15,000 biex jgħinu fil-mixja tiegħu lejn aktar għajnuna għal dawn l-annimali fil-bżonn. Grazzi Fabio ta’ l-għajnuna kollha tiegħek!”

Prosit Fabio, tassew grati lejk! Prosit lill-awtoritajiet ta’ dan l-appoġġ!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI