Żewġt Iljieli Ta’ Mużika, Spettaklu U Solidarjetà Fiz-Żurrieq – B’Risq Puttinu Cares

Il-lokalita’ taż-Żurrieq se tkun iċ-ċentru tal-mużika, l-ispettaklu u l-ġenerożità f’żewġ iljieli spettakolari li qed jiġu organizzati minn Celestial Promotions fl-20 u l-21 ta’ Ġunju 2025, fi Vjal il-Blue Grotto.

Dan l-avveniment bid-dħul bla ħlas qed isir b’risq Puttinu Cares, organizzazzjoni li tgħin tfal u adulti li jkollhom bżonn trattament mediku barra minn Malta.

Huwa mument fejn il-mużika tingħaqad mal-qalb tajba tal-poplu Malti biex flimkien noħolqu memorji sbieħ u nagħtu sehemna għal kawża ġusta. Int mistieden tiġi, tgawdi u tagħti sehemek għal dan l-għan nobbli.

Il-Ġimgħa 20 ta’ Ġunju – Step In with Miss Madonna u Spettaklu Lokali!

 L-ewwel serata mistennija tkun vibranti, b’taħlita ta’ talent internazzjonali u artisti lokali fost l-aqwa li għandna f’pajjiżna.

Miss Madonna – Tribute Internazzjonali lill-Queen of Pop

Il-qofol tal-lejla se jkun Step In with Miss Madonna, tribute act ta’ klassi dinjija li tagħti ħajja ġdida lil- leġġenda tal-pop, Madonna. Miss Madonna hija magħrufa għall-preċiżjoni, il-kostumi, u l-enerġija li tnissel fuq il-palk – u li se tagħti spettaklu mhux biss viżiv, imma vjaġġ emozzjonali.

RUG – Band Maltija b’Karattru u Passjoni

Is-serata tibda bi spettaklu live mill-band RUG, band lokali popolari bi stil uniku, enerġija fuq il-palk, u kanzunetti li jgħaqqdu nostalgija u ritmi moderni. Il-preżenza tagħhom żgur li se tagħti lil dan l-avveniment dik it-togħma ta’ talent Malti ta’veru.

DJ Luca Lorenzo

Biex iżid l-enerġija fost il-pubbliku preżenti, DJ Luca Lorenzo se jkun fuq id-decks b’mużika għal dawk kollha li jridu jiżfnu taħt is-sema tal-iljieli sajfin Maltin.

 Is-Sibt 21 ta’ Ġunju – L-Aqwa tad-disgħinijiet b’Voglio Tornare Negli Anni 90

It-tieni lejl iwiegħed ċelebrazzjoni nostalġika tas-snin 90 – is-snin tad-deheb tal-mużika dance: L-avventiment se jilqa’ l-akbar spettaklu live iddedikat għas-snin 90: Voglio Tornare Negli Anni 90 – spettaklu mill-Italja li żar diversi bliet Ewropej b’suċċess kbir u issa għall-ewwel darba f’Malta.

Din il-lejla se toffri esperjenza nostalġika u enerġetika, fejn il-pubbliku se jerġa’ jgħix il-mumenti ikonici ta’ din l-era permezz ta’ live performances, viżwal, effetti speċjali u mużika li tqanqal memorji – minn Corona, Eiffel 65, Gala, sa DJ Dado u b’kanzunetti li kienu u għadhom popolari sal-lum: The Rhythm of the Night, Blue (Da Ba Dee), Saturday Night, u ħafna oħrajn.





🎧 DJ SueEnergija Femminili fuq id-Decks

Il-lejla tas-Sibt se tingħata spinta bl-enerġija u l-karizma ta’ DJ Sue, waħda mill-aktar DJs popolari f’Malta. B’reputazzjoni b’saħħitha fis-sfera tal-mużika dance u electro-pop, DJ Sue hija magħrufa għall-passjoni li għandha u għall-abbiltà li żżomm il-folla bl-istil uniku tagħha.

Id-dehra tagħha fuq il-palk tas-Sibt se tagħti dimensjoni oħra lill-avveniment: enerġija femminili, stil modern u ħoss vibranti li jgħaqqad l-imgħoddi mal-preżent.

Għal Kawża Ġusta – Ngħinu lil Puttinu Cares

L-avveniment se jkun miftuħ għal kulħadd – familji, żgħażagħ, koppji u gruppi ta’ ħbieb. L-entratura hi bla ħlas, iżda donazzjonijiet volontarji għal Puttinu Cares se jkunu milqugħa fuq il-post. Dan hu ċ-ċans ideali biex ningħaqdu bħala komunità u nagħtu sehemna għal tfal u adulti li jkollhom bżonn sapport f’mumenti diffiċli.

Dawn il-iljieli joffru opportunità biex ingawdu u nagħtu lura!

Għal aktar informazzjoni…

– Post: Vjal il-Blue Grotto, iż-Żurrieq

– Ħin: 8:30pm ‘il quddiem

– Dati:

  • Il-Ġimgħa 20 ta’ Ġunju: 

– Step In with Miss Madonna o RUG o DJ Luca Lorenzo

  • Is-Sibt 21 ta’ Ġunju:

– Voglio Tornare Negli Anni 90 (Live show mill-Italja)

– DJ Sue

– Dħul: B’xejn

– Kawża: Puttinu Cares



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI