Oliver Scicluna qasam mas-segwaċi tiegħu ftit ħsibijiet dwar x’tgħallem minn tfulitu. Spjega li minkejja kollox, id-determinazzjoni tiegħu baqgħet soda u kien jagħmel minn kollox biex ilaħħaq ma’ ħaddieħor.
Hu spjega, “F’ħajti dejjem ġrejt u ħabrikt biex inlaħħaq. Minn barra nidher sod u hemm min jaħseb li sibt kollox fuq platt, pero għalkemm kelli u għandi min itini sostenn, kelli niġri b’żarbun tqil li llum inħossu kemmxejn eħfef. L-esperjenzi tal-ħajja għamluni dak li jien, it-tlajja l-aktar. Għalhekk nawgura lil kull min jitla’ tela’ ta’ kuljum biex jitlagħha akkost ta’ kollox, anke jekk jitkaxkarha. F’mumenti jien tkaxkart iżda komplejt.”
Id-determinazzjoni hi kollox!
Facebook / Oliver Scicluna