"F’Ta’ Qali L-Attivitajiet Ta’ Kull Xorta Rduppjaw u Qed Jiżdiedu B’Rata Kbira." – Jason Micallef Dwar Ir-Riġenerazzjoni Tal-Ispazji Ħodor F'Ta' Qali

Jason Micallef kiteb dwar ir-riġenerazzjoni tal-ispazji ħodor li saret f’Ta’ Qali, fejn ħa nkunu qed ingawdu minn diversi kunċerti lokali mistennijin fil-jiem li jiem u ġimgħat li ġejjin.

“Is-suċċess tar-riġenerazzjoni tal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali jitkejjel ukoll bl-ammont t’attivitajiet differenti għal kulħadd fl-ispazji ħodor differenti. Dawn l-ispazji llum huma tliet darbiet aktar minn dawk li kienu jeżistu f’Ta’ Qali sa 5 snin ilu, u mgħammrin bil-faċilitajiet kollha possibbli.”

Jason ikompli jikteb, “Grazzi għalhekk, illum, f’Ta’ Qali l-attivitajiet ta’ kull xorta rduppjaw u qed jiżdiedu b’rata kbira.” Fosthom kien hemm il-kunċert tal-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta. 

Intweriet il-finali tal-Europa League bejn Manchester United u Tottenham. Ittella’ anke festival ta’ muzika alternattiva li attendew bi ħġarhom għalih bosta żgħażagħ.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI