F’Dan It-Temp Sħun, Ilma Frisk Iva, Ġelat Le – Appell Għas-Sidien Tal-Klieb 

Il-ġurnata tal-lum kienet waħda sħuna, bit-temperatura massima li laħqet l-34°C, filwaqt li l-livell tal-umdità bħalissa jinsab madwar 35%.



L-indiċi UV illum kien ta’ 10, għalhekk il-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa, speċjalment matul il-ħinijiet meta x-xemx tkun l-aktar qawwija. Intant, it-temperatura tal-baħar tinsab fuq is-27°C.

Sadanittant, ingħata wkoll appell lis-sidien tal-annimali domestiċi biex joqogħdu attenti waqt il-mewġa ta’ sħana. Skont il-pariri tal-veterinarji, mhux rakkomandat li jingħata ġelat lill-klieb, minkejja li l-kesħa tista’ tidher bħala mod kif jiffriskaw.

Minflok, huwa importanti li l-annimali jkollhom dejjem aċċess għal ilma frisk u li dan jinbidel ta’ spiss matul il-ġurnata sabiex iħossuhom aħjar u protetti mis-sħana qawwija.

Ritratti:

Fb/ Aġġornament tat-temp

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI