Is-Servizz Pubbliku Jawgura Lill-Professur Frank Bezzina Għall-Ħatra Tiegħu Bħala Rettur Tal-Università Ta’ Malta

Is-Servizz Pubbliku awgura lill-Professur Frank Bezzina wara li nħatar bħala t-82 Rettur tal-Università ta’ Malta.

Il-kariga ta’ Frank Bezzina tibda mill-1 ta’ Lulju. Huwa se jkun qed jieħu post il-Professur Alfred Vella, li mexxa l-Università għal dawn l-aħħar għaxar snin.



F’messaġġ qasir fuq il-midja soċjali, is-Servizz Pubbliku sellem din il-ħatra importanti u awguralu kull suċċess fil-ħidma tiegħu fit-tmexxija tal-Università ta’ Malta.

Il-ħatra tal-Professur Bezzina timmarka kapitlu ġdid għal din l-istituzzjoni edukattiva ewlenija fil-pajjiż, hekk kif se jkun qed jieħu f'idejh ir-responsabbiltajiet marbuta ma’ din il-kariga prestiġjuża.

Fil-viżjoni tiegħu għall-futur tal-Università, il-Professur Bezzina saħaq fuq l-importanza li l-istudenti jibbenefikaw minn tagħlim u riċerka ta’ livell għoli, filwaqt li tissaħħaħ il-ħidma mal-komunità.

Ritratti:

Fb/ Is-servizz Pubbliku & Frank Bezzina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI