L-attur Gino Lombardi kiteb messaġġ mill-qalb għaċ-ċkejkna Valentina, l-għażiża neputija tiegħu. Bħal-lum hi ġabet ferħ kbir fil-familja tiegħu.
“F’dat-temp li jrid jaqla’ kull m’hawn qed niċċelebraw għeluq snin dit-tifla tant; maħbuba, kummidjanta, simpatika, gustiża, intelliġenti u makakka li jisimha VALENTINA Bajada”
Gino jkompli, “In-Nanna Carmen u jien nawgurawlek kulma tixtieq qalbek, inħobbuk ħafna u nixtiequk tibqa’ tikber brava kif int.”
Awguri mill-qalb liċ-ċkejkna Valentina! Nixtiqulha ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!