Il-vjaġġ mużikali ta’ X Factor Malta: Back To Win – Staġun 5 ikompli bit-tieni live show, li jwiegħed lejl ieħor mimli talent, tensjoni u sorpriżi.
“Issa fadal biss 10 konkorrenti fil-kompetizzjoni, u kull wirja tista’ tibdel kollox.” Hekk kif il-kompetizzjoni qed tiħrax, il-parteċipanti qed jagħtu l-massimu tagħhom biex jibqgħu fil-ġirja u jikkonvinċu lill-ġurija u lill-pubbliku.
L-10 parteċipanti li jonqos huma Jasmine, Kyle George, Lapes u Nadine, Owen Leuellen, Miguel Bonello, Shanice, Amelia, Bloodline, Shauna u Lisa Gauci.
Il-pubbliku hu mistieden isegwi dan l-ispettaklu live ta’ X Factor Malta, li jixxandar kull Ħadd fis-20:45 fuq TVM.
Facebook/ X Factor Malta