F’Dawn Il-Jiem Tal-Karnival Se Jiġi Inawgurat B’Mod Uffiċjali L-Bust Tal-Mibki Pawlu L-Pampalun

Nhar l-Erbgħa li ġej se jkun qed jiġi inawgurat b’mod uffiċjali l-bust skolpit mill-bravissimu Indri Attard tal-mibki Pawlu Curmi magħruf minn ħafna bħala l-Pampalun.

In-neputi tiegħu George Curmi magħruf bħala l-Puse stieden lil kulħadd sabiex jattendi “għal dan il-mument storiku”.

L-inawgurazzjoni ta’ dan il-bust mistennija sseħħ fl-isfond taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival li għaddejjin bħalissa u li se jkunu qed jilħqu l-qofol tagħhom fil-jiem li ġejjin.

Sfortunatament il-Pampalun kien ħalla din id-dinja fit-8 ta’ Novembru tal-2023.

Dan il-bust se jkun qed jiġi inawgurat fis-13:30 fi Ġnien Peacock ġewwa l-Belt Valletta.



Jistrieħ fis-sliem!





Ritratti:

Facebook / Indri Attard u Joseph Amodio

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI