Fejn Se Tiċċelebra L-Wasla Tal-2027? – Skopri X’Qed Jipprepara L-Bottegin Palazzo Xara Għal Lejlet L-Ewwel Tas-Sena!

Hekk kif qed noqorbu lejn l-aħħar xahar tal-2026, Bottegin Palazzo Xara, fil-qalba tar-Rabat, qed iħejji ruħu biex jilqa’ l-2027 b’mod mill-aqwa! Din is-sena, iċ-ċelebrazzjoni tant mistennija ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena se tkun qed issir għad-19-il edizzjoni tagħha, b’tema speċjali li tieħu lill-mistednin lura lejn l-aqwa snin tas-70s, 80s u 90s.

Retro Revolution se jgħaqqad il-mużika, in-nostalġija u l-atmosfera ta’ tliet deċennji memorabbli għal lejl wieħed spettakolari. Il-festa tibda fid-21:00 fil-31 ta’ Diċembru, b’divertiment minn DJ Irene, Alfred Sax u spettaklu live matul il-lejl kollu.

Il-mistednin se jkunu jistgħu jgawdu wkoll 30 tip differenti ta’ finger food u 5hr open bar, filwaqt li jiċċelebraw mal-ħbieb u l-familja u jilqgħu s-sena l-ġdida bl-aqwa mod. B'19-il edizzjoni warajh, dan l-avveniment sar appuntament annwali mistenni minn ħafna, u din is-sena Retro Revolution iwiegħed li jkompli din it-tradizzjoni b’lejl mimli mużika, divertiment u memorji indimentikabbli.

Il-prezzijiet tal-biljetti huma dawn:

  • Early Bird – €70 (Biljetti limitati)
  • Biljetti Standard: €80 Adulti | €30 Tfal 

Il-biljetti Early Bird huma limitati, għalhekk ibbukkja kmieni biex ma titlifx din l-esperjenza! Ibbukkja l-biljetti tiegħek direttament fuq  https://app.tableo.com/.../bottegin.../new-years-eve-2026 jew, għal aktar informazzjoni, ibgħat email fuq [email protected]

Lesti ruħkom biex tivvjaġġaw lura fiż-żmien u tilqgħu l-2027 bi stil ma’ Retro Revolution f’Bottegin Palazzo Xara!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI