Il-Ministru Glenn Bedingfield kiteb fuq il-paġna tiegħu li l-pulizija qed jinvestigaw żewġ priġunieri li nstabu b’mobile.
Hu spjega, “Infurmat li żewġ persuni, li bħalissa qed jiskontaw sentenza fil-ħabs, qed ikunu investigati mill-Pulizija. Dan wara operazzjoni investigattiva li bdiet fil-jiem li għaddew u li wasslet biex fi tfittxijiet, li saru ġewwa ċ-ċelel tagħhom stess, instabu żewġ mobile phones. F’ċella oħra ta’ priġunier differenti nstab mobile phone ieħor.”
Żied jgħid, “Il-persuni, qed ikunu investigati wara informazzjoni li waslet għand il-Pulizija. Ix-xogħol fuq din l-investigazzjoni bejn diversi entitajiet kien kordinat mill-Pulizija u fis-sigħat li ġejjin dawn il-persuni se jkunu interrogati. Diġà għidt li m’hu se nħarsu lejn wiċċ ħadd. Li kien għalija nħabbar anke l-ismijiet, iżda rrid nirrispetta l-investigazzjoni tal-Pulizija. F’għajnejn il-liġi kulħadd huwa l-istess.”
Facebook / Glenn Bedingfield