Il-Qassis Karm Debattista iħabbar mill-pjattaforma soċjali tiegħu li qiegħed fi vjaġġ għal Pakistan fejn ser ikun qed iqatta’ ħames ġimgħat. Fil-kumment tiegħu qal li dawn in-nies vera jafu japprezzaw.
“Fi triqti għall-Pakistan għal ħames ġimgħat. Taqdi lil dan-nies kien dejjem ta’ pjaċir. Vera jafu japprezzaw.”
Fr Karm Debattista MSSP huwa saċerdot missjunarju Malti, direttur spiritwali u kompożitur tal-mużika Kristjana. Juża l-mużika biex iwassal messaġġi ta’ fidi, tama u ġustizzja soċjali. Ikanta bil-Malti u bl-Ingliż, u jappoġġja inizjattivi bħal Dar tal-Providenza. Il-ħidma tiegħu tgħaqqad l-ispiritwalità mal-kreattività, u tispira permezz ta’ kunċerti, albums u impenn komunitarju.