Fil-Kolombja T-Tfal Se Jibdew Jiġu Mgħallma Dwar L-Importanza Li Ma Jaħqrux L-Annimali

Fil-Kolombja għadha kif għaddiet liġi li se twassal sabiex it-tfal minn età tenera jibdew jiġu mgħallma fl-iskola l-importanza li ma jaħqrux l-annimali iżda minflok jipproteġuhom.

Ġie spjegat kif dan it-tagħlim dwar il-protezzjoni tal-annimali se jkun qed jimxi id f’id ukoll mat-tagħlim li t-tfal fil-Kolombja diġà jingħataw dwar l-importanza li jieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarhom.

L-għan ta’ dan huwa li jiġi żgurat li fis-snin li ġejjin fil-Kolombja tikber soċjetà li tkun ferm aktar konxja tal-ambjent u l-annimali ta’ madwarhom u b’hekk jiġu evitati każi ta’ moħqrija fuq l-annimali u vandaliżmu fuq l-ambjent.

Taħsbu li f’Malta għandna nsaħħu t-tagħlim kontra l-moħqrija tal-annimali?







Ritratti:

Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI