Ilbieraħ il-maġġoranza tal-membri tal-Parlament Ewropew ivvotaw favur iżjed aċċess għall-abort għan-nisa minn madwar l-Ewropa kollha.
Ġie spjegat li dan se jkun ifisser li fi żmien ftit xhur oħra nisa Ewropej li jridu jagħmlu abort iżda ma jistgħux minħabba l-liġijiet ta’ pajjiżhom, se jkunu qed jiġu offruti fondi mill-Unjoni Ewropea sabiex imorru f’pajjiż ieħor fejn l-abort huwa permessibbli.
Din id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew qajmet kontroversja sħiħa anke f’pajjiżna.
Mill-attivisti li huma favur l-abort issemma li dan huwa dritt fundamentali filwaqt li dawk li huma kontra sostnew li għandu jkun il-poplu Malti li jiddeċiedi jekk l-abort f’pajjiżna jkunx legali.
Intom x’taħsbu dwar dan?