Il-Paġna ta’ It-Temp ta’ Madwarna ttella’ żewġ filmati dwar fenomenu magħruf bħala dust devil. Dan il-fenomenu huwa wieħed naturali u affaxinanti. Din hija kolonna żgħira ta’ arja li hi u ddur huwa tiġbor trab, ramel u fdalijiet żgħar minn mal-art. Dan il-fenomenu naturali jseħħ l-aktar f’ġranet xemxin meta l-art tisħon malajr u toħloq arja sħuna li titla’ ’l fuq. Meta din l-arja sħuna tiltaqa’ ma’ arja iktar kiesħa, tista’ tibda ddur u toħloq dan ir-ritmu ċikliku. Għalkemm jixbhu tornadi, id-dust devil huma ħafna iżgħar u inqas perikolużi. Jidher l-aktar f’żoni niexfa bħal deżerti jew art agrikola. Għalkemm ġeneralment huma bla ħsara, kultant jistgħu jħallu xi ħsarat żgħar.
Dan huwa l-ewwel filmat:
U dan ta’ taħt huwa t-tieni wieħed: