Filmat Ta' Skola Partikolari Jaħsad Lil Bosta Nies – X'Qed Jiġri Eżatt?

Il-paġna tal-Union of Professional Educators - Voice of the Workers qasmet filmat minn skola partikolari li turi t-tfal qed jitilgħu fuq it-trasport li jwassalhom lura lejn id-dar. Fil-filmat hu meħud mill-bogħod, allura t-tfal jidhru qishom qegħdin f'qaqoċċa ġo xulxin. Wieħed jista' jara l-filmat billi jagħfas HAWN.

Iżda tajjeb li ngħidu li kien hemm min mill-ewwel qal li l-angolu jqarraq, "L-angolu ta' dan il-filmat huwa estremament inġust! Il-ħruġ f'din l-iskola huwa ordnat ħafna..." Kien hemm persuna oħra li kkummentat, "l-filmat kellu jittieħed mill-ogħla sular tal-iskola u kulħadd kien jara t-tfal f'ringieli u josserva d-distanza soċjali."



Omm li għandha t-tifel imur hemm kitbet, "Dan huwa inġust verament. Il-vidjo huwa meħud mill-bogħod u l-angolu mhux korrett u qarrieqi. Naħseb li hija waħda mill-aqwa skejjel li qed tieħu ħsieb din is-sitwazzjoni b'dedikazzjoni kbira." Kien hemm bosta ġenituri u wkoll għalliema li jaħdmu f'din l-iskola li sostnew dan.

Kultant l-angolu tal-kamera huwa kollox!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI