“Il-Koppji Li Għaddew Għall-Finali Huma…” – Illejla Fuq Love Island Malta

L-episodju tal-lejla se jġib miegħu lejl romantiku għall-koppji ta’ Love Island, għaliex waslet il-‘Prom Night’. In-nisa, bi lbiesi l-ġmiel tagħhom, u l-irġiel, puliti bil-ġlekk, se jaqraw kelmtejn ta’ mħabba lil xulxin taħt l-istillel. Permezz ta’ dan, il-koppji jistgħu jesprimu lejn xulxin, dak li verament iħossu b’mod onest, u aħna s-segwaċi nistgħu naraw xi tfisser għalihom l-imħabba.

Dan il-lejl romantiku se jġib miegħu wkoll xi ftit diżappunt lil xi waħda minn dawn il-koppji. Is-segwaċi vvutaw għall-koppja favorita tagħhom, u għalhekk, l-inqas koppja li ġabet voti mhux se tkun qed tgħaddi għall-finali.



Il-koppji fil-villa kollha jemmnu li għandhom l-iktar konnessjoni b’saħħitha hemm ġew, u għalhekk l-aħbar żgur se tkun ta’ xokk għall-koppja li jkollha tinqala’.

Insiru nafu llejla!

Ritratti:

Facebook / Love Island Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI