-Paġna ta’ Puttinu Cares ittella’ l-memorja ta’ Leanne Schembri, li tilfet ħajjitha fit-18 ta’ April fl-2024. Bis-saħħa ta’ ktejjeb iddedikat lilha nġabret s-somma sabiħa ta’ Euro3,005.
Fit-18 t’April 2024 tlifna lil għaziza Leanne Schembri, tfajla li messet ħafna qlub bil-ħidma u l-ġenerozita’ tagħha kemm f’xogħolha, kif ukoll fi ħdan il-grupp tal-iscouts tar-Rabat Malta. Xogħol li sar b’tant umilta’ li l-wirt tieghu għadu jinħass s’illum fi ħdan ktejjeb li qed jintuża biex jgħin lil tfal ċkejknin li jkunu għaddejjin mill-proċess tat-telfa ta’ xi ħadd għażiż għalihom. Bis-saħħa ta’ Leanne u l-ktejjeb iddedikat lilha inġabret is-somma ta’ Euro3,005 li ser ikomplu jintuzaw biex jgħinu lil ħutna l-Maltin barra minn xtutna. Leanne tibqa’ tgħix fil-memorja tal-ktieb u tibqa tigi tarana kull meta jigi jinbixna farfett. Inħobbuk Leanne, sa ma nerġgħhu niltaqgħu!”