Illum għandha għeluq sninha Ingrid Samut, u qasmet messaġġ emozzjonali u ta’ ispirazzjoni hekk kif qed tqatta’ dan il-jum l-isptar waqt li qed tiġġieled kontra l-kanċer.
“Illum huwa għeluq snini,” hi kitbet. “U m’iniex qed niċċelebrah kif kont nagħmel qabel… mhux bil-mużika, żfin, daħk, jew il-verżjoni tiegħi li kont indawwal kamra mingħajr lanqas biss nipprova. Illum insib ruħi f’sodda tal-isptar, miżmuma f’ġisem li jħoss li qiegħed kontinwament fi gwerra miegħu nnifsu.”
“L-uġigħ qatt ma jieqaf jew jirtab. U forsi l-iktar parti diffiċli minn kollox hija li l-kawża ta’ din it-tbatija bla waqfien għadha tħossha bħal misteru li ma jistax jiġi solvut. L-ebda tweġiba ċara. L-ebda spjegazzjoni pulita.”
Hi kompliet tgħid, “Hemm mumenti – mumenti onesti u umani – fejn inħossni mċaħħda minn dak kollu li darba kont naf lili nnifsi li jien. Is-saħħa tiegħi. Ir-reżistenza tiegħi. Is-sbuħija tiegħi. L-indipendenza tiegħi. L-identità tiegħi. Anke t-tbissima tiegħi kellha tiġġieled biex tibqa’ ħajja.”
“Allura llum, ma niċċelebrax fis-sens tradizzjonali. Ma nibqax pożittiva bil-mod kif jifhmu n-nies normali. Iċ-ċelebrazzjoni u l-pożittività tiegħi għandhom tifsira differenti.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Ingrid f’dan il-jum speċjali.
Facebook / Ingrid Sammut