Il-paġna tal-Facebook kitbet dwar is-sitwazzjoni tat-temp illum hekk kif l-affarijiet se jinbidlu frit minn wara nofsinhar.
“It-temp illum jisbaħ kalm, xemxi u sħun,” huma kitbu. “Iżda fit-tieni nofs tal-ġurnata se jsir ftit imsaħħab u jqum ir-riħ u tbatti t-temperatura.”
Ir-riħ jidher li minn forza 2-3 se jilħaq forza 5-6 u frisk mill-Majjistral matul il-lejl.
L-istess paġna tat twissija lbieraħ dwar ir-riħ qawwi. “Ir-riħ mill-Majjistral mistenni li jitqawwa mis-Sibt waranofsinhar u jibqa’ qawwi sa tard it-Tlieta.” Ir-riħ se jkun l-aktar qawwi nhar it-Tnejn b’buffuri qawwija li jilħqu forza 7.
Facebook / It-Temp Madwarna