"Fl-Aħħar Wasal Iż-Żmien Li… Ħdimt Fuqu Fix-Xhur Li Għaddew" – L-Attriċi Nakita Grima B'Aħbar Sabiħa Għas-Segwaċi Tagħha!

L-attriċi u mudella ta’ Miss Malta 2021 Nakita Grima bħal bosta atturi oħra għadha kif temmet il-vjaġġ tagħha f’Sorelle, il-produzzjoni li tinsab fuq fomm kulħadd.

“Wara li lbieraħ sellimt lill-karattru ta’ Samantha wara l-aħħar filming għal dan l-istaġun ta’ Sorelle, issa fl-aħħar wasal iż-żmien li nista’ naqsam proġett ieħor li ha nkun  qed naħdem fih. Proġett li ħdimt fuqu fix-xhur li għaddew.” Nakita tisħaq li issa jmiss pass ieħor fil-karriera tagħha! 





Fil-fatt Nakita ser tkun parti mit-tim ta’ F’Ġieħ L-Imħabba! Din kienet aħbar sabiħa għal bosta segwaċi u l-eluf ta’ telespettaturi li tant jammiraw lil Nakita. “Din id-darba Rewind Productions reġgħu fdawli karattru ieħor, din id-darba fis-serje F’Ġieh L-imħabba. Karattru li hu l-oppost tal-karattru li qed ninterpreta f’Sorelle” Nakita tinki lis-segwaċi billi tistaqsi “Tgħid din id-darba x’ser nagħmel?”

Minn qalbna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt nawguraw aktar suċċessi u opportunitajiet lil din l-attriċi u mudella bravissima!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI