“Fl-Aħħar 24 Siegħa, Fabio Baqa’ Jisfida L-Limiti Tiegħu U Rnexxielu Jaqdef Total Ta’ 400km Fuq Ir-Rota” – Fabio Spiteri

Bħalissa, l-atleta lokali Fabio Spiteri qed jieħu sehem f’tellieqa prestiġjuża u diffiċli mmens, iżda permezz tad-determinazzjoni tiegħu, hu qiegħed fl-ewwel post.

Fuq il-paġna tiegħu ġie miktub, “Fil-ħamsa u nofs ta’ filgħaxija, ħin lokali, spiċċat ir-raba’ ġurnata. Fl-aħħar 24 siegħa, Fabio baqa’ jisfida l-limiti tiegħu u rnexxielu jaqdef total ta’ 400km fuq ir-rota, waqt li hu wkoll nieqes mill-irqad. S’issa Fabio rnexxielu jlesti għawma ta’ 38km u qadef 1800km bir-rota.”

F’messaġġ ieħor ftit sigħat wara, Fabio spjega li jinsab għajjien mejjet imma minkejja dan, xorta għadu fl-ewwel post u biex ilesti għad baqagħlu 425km bir-rota u ġirja ta’ 422km.

Kuraġġ Fabio! Taqtax qalbek!

Ritratt:

Facebook / Fabio Spiteri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI